
L-ilsien Malti hu mogħni b’termini u appellattivi, wirt tanġibbli tal-istorja ta’ dawk li għexu qabilna. Mal-medda taż-żmien l-ilsien Malti żviluppa f’taħlita sħiħa ta’ ilsna minn tant ġnus li matul is-sekli żaru, u għexu f’Malta. Fosthom kien hawn ħakkiema, suldati, baħrin, negozjanti u l-familji li kultant ġabu magħhom.
Oriġinarjment, l-iskop prinċipali ta’ din il-website kien li tinġabar fiha kollezzjoni ta’ kliem li ħafna minnu hu minsi, u li fih innifsu juri l-istorja twila u l-kultura wiesgħa tal-Maltin. Dan ix-xogħol ippreżentat b’mod enċiklopediku għandu joffri stampa kkulurita tal-mod kif kienu jaħsbuha u jesprimu ruħhom il-Maltin matul iż-żminijiet. F’dawn il-paġni hawn eluf ta’ kliem, idjomi u termini relatati ma’ kull tip ta’ suġġett, spjegati f’paragrafi qosra.
Imbagħad fil-paġna tal-artikli / blogs, hemm ddettalji dwar l-istorja u l-kultura tal-Maltin. F’dawn il-paġni tista’ taqra l-istorja ta’ Malta fuq tliet livelli – l-istorja tal-ħakkiema barranin u dawk Maltin, l-istorja tas-soċjetà Maltija, u l-istorja tal-ambjent li ngħixu fih.
Martin Morana
10 ta’ Marzu 2019
A* B* Ċ* C* D* E* F*
Ġ* G* GĦ* H* Ħ* I* J* K*
L* M* N* O* P* Q* R* S*
T* U* V* W* X* Ż* Z*
BIBLIOGRAFIJA / Pubblikazzjonijiet ikkonsultati għal din il-website
Attard Anton F., Mill-Ħajja ta’ l-Imgħoddi – Tagħrif Folkloristiku minn Għawdex. Stampat A*M Printing Ltd. 1991. Attard Anton F., Logħob Folkloristiku ta’ Għawdex, (Union Press, 1969). Attard Anton F., Mill-Folklore ta’ Għawdex - Ġabra ta’ Għana u Taqbil, A + M Printing Ltd., 1986). Aquilina Joseph, Maltese - English Dictionary Vol 1,. Midsea Books Ltd. 1987. Aquilina Joseph, Maltese- English Dictionary Vol. 2., Midsea Books Ltd. 1990. Aquilina Joseph, Maltese – English - Maltese Dictionary. Midsea Books Ltd.2006. Aquilina Ġużè, Taħt Tliet Saltniet. Klabb Kotba Maltin.1997. Agius Albert W., Qwiel, Idjomi, Laqmijiet Maltin u Trufijiet oħra.BDL. 2004. Agius De Soldanis G.P.F., Gozo - Ancient and Modern Religious and Profane. Media Centre Publications. 1999. Badger George Percy, Description of Malta and Gozo, G. Muir. 1858. Biundi Giuseppe, Dizionario Siciliano-Italiano Compilato. 1857. Bonello Govanni, Histories of Malta Vols. 1. – 1X. Fondazzjoni Patrimonju Malti.2008. Borg Paul P., Snajja’ u Xogħol il-Maltin. Publishers Enterprises Group (PEG) Limited. 2000. Borg Paul P., Snajja’ u Xogħol il-Maltin – It-Tieni Volum. PEG Publications.2001. Borg Paul P., Nisimgħhem Jgħidu ..eċċ. . – L-ewwel Volum. PEG Publications.2007. Borg Paul P., Nisimgħhem Jgħidu ...eċċ. – It-tieni Volum, PEG Publications.2012. Bugeja Pawlu, Kif Titlkellem bl-Ingliż - Dizzjunarju Malti-Ingliż. The Bookshop. 1956. Busuttil Edgar D., Kalepin – Damm il-Kliem, St. Joseph Institute Printing Press. 1941. Busuttil V., Dizzjunarju Malti-Ingliż, 1900. Carabott Rosabelle (ed.) Damma tal Kliem Kartaginis mscerred fel Fom tal Maltin u Ghaucin - Gianfrangersku Agius Sultana Ghauci, Pubblikaturi,l-Akkademja tal-Malti et al. Stampatur Baroni & Gori, Firenze, 2016. Caruana Joseph, Termini Nawtiċi, BDL Publishing. 2019. Cassar Mario, The Surnames of the Maltese Islands, An Etymological Dictionary. Book Distributors Ltd. 2003. Cassar Pullicino Joseph, Studies in Maltese Folkore. Malta University Press. 1992. Cassola Arnold, Malta, People, Toponomy, Language (4th Century B.C. – 1600). The Farsons Foundation. 2011. Castagna P.P. Malta bil ghzejjer tahha u li ghadda min minghaliha. 1865.Cortis Toni, (editur), Temi Zammit - Nies Bla Sabar u Stejjer Oħra, Merlin Library Ltd. 1987. Cremona Matty, The Way We Ate – Memories of Maltese Meals, Midsea Books. 2010. Farrugia Randon, Stanley, Fishing in Malta, P.E.G. Ltd. 2007. Farrugia Randon, Stanley & Micallef Robert, Popular Fish in the Mediterranean P.E.G. 2004. Fenech Karm, Idjomi Maltin. Ġiżwiti Maltin. 1995. Freller Thomas, Malta – The Order of St John, Midsea Books Ltd. 2009. Gatt Ġużi, Qiegħda fil-Ponta ta’ Lsieni. Klabb Kotba Maltin. 2005. Gatt Ġużi, Qiegħda fil-Ponta ta' Lsieni 2. Klabb Kotba Maltin, 2015. Galea Ġużè, Raġel bil-Għaqal, Giovanni Muscat & Co. Ltd. 1961. Galea Ġużè, Żmien l-Ispanjoli, Giov. Muscat & Co. Ltd, 1966. Galea Marco, It-Teatru Malti tas-Seklu Dsatax, L-Ewwel Volum, Mireva Publications, 1997. Galea Marco, It-Teatru Malti tas-Seklu Dsatax, It-Tieni Volum, Mireva Publications, 1997. Gambin Kenneth u Buttigieg Noel, Storja tal-Kultura ta’ l-Ikel f’Malta.PIN. 2003. Lanfranco Guido, Drawwiet u Ħajja mill-Istorja ta’ Malta. Wise Owl Publication. 2005. Lanfranco Guido, Logħob, Taqbil u Ġugarelli Tat-Tfal Maltin. Wise Owl Publication. Lanfranco Guido (editur.), Folklor – Ġabra ta’ Kitba minn Membri ta’L-Għaqda Maltija Tal-Folklor. Klabb Kotba Maltin. 2004. Lanfranco Guido, Ħxejjex Mediċinali u Oħrajn fil-Gżejjer Maltin, Pubblikazzjoni tal-Media Centre. 2000. Lanfranco, Minn Fomm il-Poplu, Klabb Kotba Maltin. 2017.
Mallia Milanes, (editur), The British Colonial Experience 1800-1964: The Impact on Maltese Society, Mireva Publications, 1988. Mallia Milanes, (editur), Hospitaller Malta 1530-1798, Mireva Publications. 1993. Manduca J.S. & Mifsud G. Il-Qawl Iqul. Publishers Enterprises Group (PEG). 1989. Mièege D. L'Histoire de Malthe, 1841. Mifsud Chircop Ġ., Manwel Magri – Ħrejjef Missirijietna, Publishers Enterprises Group. 1994. Mifsud Chircop Ġ., Il-Praspar Miktuba Minn Dun Xand Cortis, Publishers Enterprises Group. Mortillaro Vincenzo, Nuovo Dizionario Siciliano - Italiano. 1854. Muscat Azzopardi, Gino & Anna, Kif Ngħiduha. Klabb Kotba Maltin. 1986. Preca Annibale, Storja Sagra Kotba I -IV, 1895)/ Giov. Muscat 1947/48. Price A. Charles, Malta and the Maltese – A Study in Nineteenth Century Migration, Georgian House – Melbourne, 1989. Psaila Karm (Dun), Żewġ Anġli - Inez u Emilja, A.C. Aquilina & Co. 1945. Sant Michael A., “Sette Giugno” 1919 – Tqanqil u Tibdil,Sensiela Kotba Soċjalisti. 1989. Schiavone Michael J., Dictionary of Maltese Biographies, PIN, Pubblikazzjoni Indipendenza. 2009. Vol I u Vol II. Sultana Joe, Ed., Flora u Fauna ta’ Malta. Dipartiment Għall-Ħarsien tal-Ambjent. 1995. Vassalli, Mikiel Anton, Ktyb Yl Klym Malti Mfysser byl-Latin u Byt-Taljan, eċċ. MDCCXCVI. Vassalli, Mikiel Anton, Motti Aforismi e Proverbii Maltesi, 1828. Vella F.S., Piccolo Dizionario Portatile, (1843). Vella Tomlin R., Ġabra ta’ Proża Għat-Tfal, A.C. Aquilina, 1955. Wettinger Godfrey, Place-Names of the Maltese Islands: 1300-1800. Publishers Enterprises Group (PEG) Limited. Zahra Ruben, A Guide to Maltese Folk Music, PBS Malta and Soundscapes. 2006. Zarb Tarcisio, Folklore of An Island – Maltese Threshold Customs. Publishers Enterprises Group (PEG) Ltd. 1998. Zarb Dimech Anthony, Malta During the First World War 1914-1918, Veritas Press. 2004. Treasures of Malta, nos: 1 – 51. Fondazzjoni Patrimonju Malti. Heritage - An Encyclopedia of Maltese Culture and Civilisation, Ed. Mizzi Pawlu. Klabb Kotba Maltin. ... u pubblikazzjonijiet oħrajn ....
ABBREV. Abbrevjazzjonijiet A. de S. Agius de Soldanis aġġ. aġġettiv appel. appellattiv Lat. Latin ċ. ċirka M. Malti ċm ċentimetru/i Damma Damma ta' Klym Kartaġinis mscerred fel Fom tal Maltin u Ghaucin. Akkademja tal-Malti et al. 2016. ed. editur E.S.I. Erin Serracino Inglott* espr. espressjoni etim. etimoloġija ewf. ewfemiżmu / ewfemistiku eż. Eżempju fem. femminil fig. figurattiv final. finalment Fr. Franċiż F.V. F.Vella Dizionario 1843* G.B.F. Dizionario Portatile* ġen. ġeneralment Għ. Għarbi Gr. Grieg idj. idjoma Ing. Ingliż is. xj. isem xjentifiku jiġ. jiġifieri J.A. Joseph Aquilina* M.A.V. Mikiel Anton Vassalli* n. nom oriġ. oriġinarjament part. pas. partiċipju passiv pereż. pereżempju pl. plural prob. probabbli pron. pronunzja qab. qabbel q.K. qabel Kristu rif. riferenza speċ. speċjalment Sqal. Sqalli Tal. Taljan term. terminu trad. tradizzjonalment v. verb w.K. wara Kristu
Abbrevjazzjonijiet
* D. / Damma Damma Tal Kliem Kartaginis mscerred fel Fom tal Maltin u Ghaucin, Gianfrangesku Agius Sultana
* E.S.I. Il–Miklem Malti Vol. 1-10
* F. Vella (1843) Dizionario Portatile – Maltese, Italiano, Inglese.
* G.B.F. (1845) Dizionario – Maltese, Italiano, Inglese ta’ Giovann Battista Falzon.
* J.A. Maltese-English Dictionary, Vol. I & II*
* M.A.V. (1796) Lexicon Ktyb Yl Klym Malti Mfysser byl-Latin u Byt-Taljan eċċ., ta’ Mikiel Anton Vassalli: MDCCXCVI
* M.A.V. (1828) Riferenza għal Aforismi ta’ Mikiel Anton Vassalli.
* * *
ENĊIKLOPEDIJA …. ikklikkja:
A * B * Ċ * C * D * E * F *
Ġ * G * GĦ * H * Ħ * I * J * K *
L * M * N * O * P * Q * R * S *
T * U * V * W * X * Ż * Z *
/

Dawn it-tliet kotba bejniethom jgħaqqdu enċiklopedija kompluta tal-wirt storiku Malti. Fihom naqraw dwar teżori li tista’ tmisshom b’idejk, waqt li nifhmu aktar dwar il-ħajja ta’ kuljum, kemm dik tal-imgħoddi kif ukoll tal-lum. F’din il-ġabra ta' madwar 3,600 suġġett wieħed jista’ jdur dawra mal-kultura Maltija f’livelli varji.
Ikklikkja hawn għall-home page: https://kliemustorja.com/

Jinsab għal bejgħ bħala paperback.
Dan il-ktieb issa jinsab ukoll għall-bejgħ bħala ebook fuq Amazon – Kindle ...
Ikklikkja hawn :
