MTAĦLEB: Post fil-kampanja, fin-naħa tar-Rabat li jagħti għal fuq l-irdumijiet ta’ Miġra ’l-Ferħa. Għalkemm il-kelma hi qrib fit-tifsira ta’ ‘post fejn taħleb’ dan jidher li ma jagħmilx sens għal kollox. Ahmed Josef Faris ex-Xidjaq, għalliem u filosofu Lebaniż (1804-1887), li għex f’Malta għal madwar 14 il-sena f’nofs is-seklu dsatax, kien żar dan il-post u jgħid hekk: “L-Imtaħleb … fih hemm għadira li l-wiċċ tal-ilma tagħha jrabbi t-tuħlub (għażiż), bħallikieku l-post kien imsemmi għalih.” Ara: El-Wasita : Tagħrif dwar Malta tas-Seklu maqlub għall-Malti minn F.X. Cassar, 19. p.32.