Ara wkoll:
A * B * Ċ * C * D * E * F *
Ġ * G * GĦ * H * Ħ * I * J * K *
L * M * N * O * P * Q * R * S *
T * U * V * W * X * Ż * Z *
Il-Belt Valletta taf l-oriġini tagħha lill-Assedju il-Kbir tal-1565. Eżatt wara l-Assedju l-Kavallieri ta’ San Ġwann raw illi kemm-il darba riedu jibqgħu f’Malta, l-għolja ‘Sceberras’ kellha tkun iffortifikata ferm aktar milli kienet sa żmien l-assedju. Aktar minn hekk, il-Kavallieri riedu jibnu belt ġdida li kellha tkun b’saħħitha biżżejjed biex tiddefendi ruħa kontra xi invażjoni mill-qawwa Ottomana. Kien il-Gran Mastru La Vallette li ddeċida li din il-belt ġdida tinbena biex isservi bħala belt-fortizza li minnha jiġu mħarsa iż-żewġ portijiet, dak ta’ Marsamxett u l-Port il-Kbir.
L-ewwel ġebla tal-belt Valletta tqegħdet f’postha fit- 28 ta’ Marzu tal- 1566 f’ċerimonja solenni. Il-perit ta’ din il-Belt il-ġdida kien Francesco Laparelli. Din il-belt kellha tkun daqs 1000 metru tul u matula kien hemm 9 toroq twal u dritti, li mbagħad dawn ġew traversi minn 12-il triq li jaqsmu minn naħa ta’ Marsamxett għan-naħa tal-Port il-Kbir.
Waqt il-bini tal-Belt il-ġdida, La Vallette miet u floku leħaq Gran Mastru Pietro del-Monte. Kien fit-18 ta’ Marzu 1571 li l-Gran Mastru del-Monte, flimkien mal-Kavallieri tal-Ordni, qasmu il-port biex daħlu uffiċjalment u solennement ġol-belt Valletta biex jgħammru fiha. Ħafna bini mill-belt Valletta kif nafuha llum inbena b’mod pjuttost sempliċi mill-perit Girolamo Cassar. Ix-xogħol fuq il-fortifikazzjonijiet kien kważi kollu lest sal-1573.
Sa l-1582 kienu nbnew ħafna bini importanti, fosthom il-Palazz tal-Gran Mastru u l-knisja monastika tal-Kavallieri. Kienu nbnew ukoll binja tal-ifran għall- ħobż, armerija, il-qorti, bereġ tal-‘Lingwi’ u anki infetħu bosta ħwienet. Nafu li sal-1602 kien hemm jgħixu ġol-Belt daqs 4,000 ruħ. Biex dawn seta’ jkollhom ilma biżżejjed, ġie mibni akwedott fi żmien il-Gran Mastru Wignacourt, li tlesta sal-1615.
Fil-Belt hemm mat-tmien pjazzez u anki xi ġonna żgħar li kollha jħarsu minn fuq is-swar. Din il-belt inbnit b’ toroq dritti biex b’hekk jagħtu lok għall-aqwa kommunikazzjoni min-naħa għall-oħra tal-belt.
Forsi l-isbaħ kumment lejn din il-belt ingħata minn Sir Walter Scott li qal: ‘This town is really quite like a dream’. Id-dinja kollha taqbel ma dan il-ħsieb, u llum il-belt Valletta hi rikonoxxuta mill-UNESCO bħala Patrimonju Dinji.
Ara aktar: https://kliemustorja.com/a
Great reading your blog posst
LikeLike