L-Ordni ta’ San Ġwann 1530 – 1798: Karigi differenti

 

A *    B *    Ċ *    C *    D *   E *    F *
Ġ *    G *    *    H *    Ħ *    I *    J *    K *
L *    M *     N *     O *     *    Q *    *     S
T *     U *     V *    W *     X *     Ż *    Z *

X’kienet il-funzjoni ta’ dawn fi żmien L-Ordni?

ALFIER * ARGUŻIN / ARKUŻIN * BALLIJU * BANAVOLJA / BONAVOLJA *
BANDITUR * CACCIATORI MALTESI *DONAT * GONFALUN * GRAN MASTRU * GRAN
PRIJUR *GRAN VISKONTI * GRANKRUĊ * GVERNATUR Ta’ GĦAWDEX * KATAPAN * 
KOMMENDATUR * (ara: BALLIJU) * KUNESTABLI * MAESTRO SCUDIERE (ara:VISKONTI)* PRODOMO * PROTOMEDIKU * SIDILSIERA (ara: ARGUŻIN) * SINISKALK *
TURKOPILIER * ŻBIRR (SBIRR) ara: VISKONTI *

 

Alfier gonfalonierALFIER    Is-suldat jew uffiċjal militari li jżomm l-istandard tar-reġiment. Fil-każ tal-Ordni ta’ San Ġwann, dan kien il-kmandant tal-korp tal-milizja. Fis-sena 1760, il-Gran Mastru Pinto waqqaf milizja ta’ 225 suldat biex tieħu ħsieb il-bwonordni fil-Belt Valletta. Il-Baruni Stanislao Xara kien appuntat bħala Alfier, jiġ., il-kmandant prinċipali li jmexxi dan il-grupp, li l-iskop tiegħu kien li jagħmilha ta’ skwadra ta’ pulizija tal-Belt Valletta. Ara: VISKONTI.

 

SONY DSCARGUŻIN / ARKUŻIN     L-uffiċjal li kien responsabbli mill-ekwipaġġ, l-ilsiera fuq ix-xwieni, jew inkella mill-ħabsin. F’Malta tal-Medjuevu, dan il-karattru jissemma bħala l-algożir, li kien ippersonifikat fin-nobbli Francesco Gatto, li bħala rappreżentat tar-Re ta’ Sqallija, fl-1398, kien żamm lill-Maltin milli jqajmu rewwixta fl-Imdina. Argousin, representant de force de l’ordre. Sqal. Aguzzinu. Carceriere spietato. Sp. Alquazil (sergente di palazzo).  Ġużè Muscat Azzopardi (1853-1927) juża ta’ spiss il-kelma SIDILSIERA fl-istorja tiegħu Toni Bajjada (1887), meta jirriferi għall-argużin.

Aa ARA X'INT TGHID
Agħas hawn

BALLIJU    Fl-Ordni ta’ San Ġwann kien hemm seba’ balliji konventwali, wieħed għal kull Lingwa. Dawn kienu l-ogħla dinjitarji fl-Ordni wara l-Gran Mastru. Erbgħa minnhom kienu jgħixu f’Malta, minħabba x-xogħol tagħhom amministrattiv. Fost dawn kien hemm il-Gran Balliju. Dan dejjem kien ikun magħżul mil-lingwa t’Alemania (Ġermaniża). Il-Gran Balliju kien responsabbli għall-manutenzjoni tal-fortifikazzjonijiet tal-Ordni. Il-balliji konventwali kienu wkoll imsejħa ‘Pilier’. Barra minn Malta kien hemm ukoll il-Balliji Kapitulari li kienu jamministraw il-ballijati (Ing. bailiwicks), li kienu mxerrda mal-Ewropa kollha. Kull ballijat kien ikun kompost minn diversi kommendi.  Lat. Baiulivus – M. Gvernatur.

BANAVOLJA / BONAVOLJA  Qaddif tax-xwieni li kien jingaġġa ruħu volontarjament biex jaqdef fuq ix-xwieni tal-Ordni. Dan ix-xogħol iebes kien isir minn nies li ħafna drabi ma kellhomx mod ieħor kif jaqilgħu l-għixien tagħhom. Qaddifa oħra li kienu jaqdfu fuq l-istess bank tax-xwieni kienu jkunu skjavi jew ħabsin (tal-aħħar magħrufa bħala FURZATI) u ma kienux jitħallsu bħall-banavolja. Oriġ. etim. Tal.  buona voglia.

bandu xxBANDITUR    Dak li jaqra l-BANDU.  Il-bandu kien magħruf bħala l-Bandu tas-Sultan (rif. għall-Gran Mastru).  L-editt, digriet jew proklama tal-liġi li tkun imħabbra lill-poplu. Fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann il-bandu kien jinqara fit-toroq tal-ibliet mill-banditur (l-uffiċjal inkarigat). Il-bandu seta’ jittratta suġġetti varji, bħal pereż., l-iskjavi, il-kaċċa, il-karnival jew l-indafa tal-funtani. Bandu li kien jinqara ta’ spiss kien dak li jittratta ir-reklutaġġ taċ-ċorma biex min ikun interessat jingaġġa għal xi vjaġġ tas-sibi (il-corso). Kultant kien anki joħroġ bandu biex iħeġġeġ il-poplu biex jipparteċipa fiċ-ċelebrazzjonijiet li l-Ordni ried jiffesteġġja.

CACCIATORI  MALTESI   Riġment li nħoloq mill-Ordni ta’ San Ġwann fis-sena 1777, bl-iskop li jgħasses il-kosta tal-gżejjer Maltin. Dan ir-reġiment kellu mal-500 suldat u kien immexxi oriġ. mill-Kavallier Bavarian Joseph Maria Von Rechberg. Il-ġakketta tal-uniformi ta’ dan ir-reġiment kienet tagħti fuq l-aħdar. Fis-sena 1800, waqt l-imblokk tal-Franċiżi, l-Ingliżi reġgħu għaqqdu l-istess reġiment taħt il-kmand militari Ingliż.

Cacciatori ta'żmien l-Ordni copy

Donat_of_the_Order_DONAT   L-iċken grad ta’ Kavallier tal-Ordni, imsejjaħ ukoll ‘Konfrati’. Dan il-grad kien jingħata lil dawk il-kavallieri li m’humiex nobbli, jew lil dawk li n-nobbiltà tagħhom mhiex ivverifikata. Dan il-grad kien jingħata bħala unur lil min juri d-dedikazzjoni fil-qadi ta dmirijiet u lejn ir-reliġjon Kattolika u lejn l-Ordni ta’ San Ġwann, u li josserva l-istatut tal-Ordni. Fuq il-mantell li jilbes id-Donat, id-disinn tas-salib tal-Kavallieri ma għandux tmien ponot iżda sitta. Id-Donat ma kienx iħallas il-passaġġ (il-pagament tad-dħul fl-Ordni) u lanqas jikkonferma d-dixxendenza tiegħu, biss kien obbligat juri li mhux ta’ dixxendenza Lhudija jew Musulmana. Id-Donati kienu norm. jingħataw karigi għolja, eż., bħala nutara, uffiċjali tal-artillerija jew jkunu nkarigati mill-imħażen tal-Ordni.

GONFALUNIER   Dak li jġorr il-gonfalun (l-isandard / bandiera tal-Ordni). Il-gonfalun kien l-istandard bis-salib abjad fuq sfond aħmar, li kien jirrappreżenta l-Ordni ta’ San Ġwann. Fiż-żmien reċenti il-gonfalun beda jirriferi għall-istandard li jinġarr mill-baned waqt il-festa. Sqal. cunfaluni. Fr. gonfanon. Bandiera militari.

Gran PrijurGRAN PRIJUR    Dan kien il-kap tas-sezzjoni reliġjuża tal-Ordni u kien l-ogħla dinjitarju wara l-Gran Mastru. Kellu grad daqs l-Isqof ta’ Malta, iżda kien jista’ jamministra f’funzjonijiet reliġjużi biss fil-knejjes tal-Ordni, fejn kien ikun hemm il-kappillani konventwali. Prijuri oħrajn kienu jamministraw proprjetajiet, (imsejħa priorati) tal-Ordni barra minn Malta. Ara: LINGWI  TAL-ORDNI.

GRAN VISKONTI   Magħruf ukoll fi żmien l-Ordni bħala l-Maestro Scudiere. L-uffiċjal li kellu taħt iejh l-iżbirri, l-unità li fi żmien l-Ordni kienet tagħmila ta’ pulizija fil-Belt Valletta. Dan it-titlu baqa’ jintuża saż-żmien bikri tal-Ingliżi f’Malta. Fil-passat aktar ’il bogħod, il-Viskonti kien titlu ta’ dawk li kienu meqjusa ta’ grad inqas minn Konti. Ara: ALFIER.

Aktar artikli mill-istess awtur  …  https://kliemustorja.com/

Gran CroceGRAN KRUĊ    Kavallier ta’ grad għoli fil-ġerarkija tal-Ordni ta’ San Ġwann. Kien hemm sittax-il kavallier imsejjaħ Grankruċ. Dawn il-kavallieri kienu jservu fil-kunsill amministrattiv tal-Ordni kull meta kienu jsiru laqgħat li jirrikijedu deċiżjonijiet importanti. Biex jiddistingwu ruħhom minn kavallieri oħrajn, dawn il-membri kienu jilbsu mantell b’disinn tas-Salib tat-Tmien Ponot fuq spallejhom u sidirhom. Tal. Gran Croce.

GVERNATUR TA’ GĦAWDEX, IL-   Fl-1551 il-post tal-ħakem ta’ Għawdex, jiġ., dak li kien jippresiedi l-ġurati fil-Kunsill Popolari (jew l-Università), kien abolit mill-Ordni ta’ San Ġwann. Floku l-Gran Mastru appunta rappreżentant tiegħu biex jagħmilha ta’ gvernatur tal-gżira. L-ewwel gvernatur li kien appuntat f’din il-kariga kien Fra Galazjan de Sesse, uffiċjal tal-Ordni tal-lingwa ta’ Aragona. Dan l-ewwel gvernatur spiċċa ħażin ħafna għax kien imkaxkar bħala lsir mal-bqija tal-popolazzjoni, meta fl-istess sena li kien maħtur kien seħħ l-iżbark ta’ Dragut. Il-gvernatur ta’ Għawdex kellu s-sedja tiegħu fl-imdina ta’ Għawdex (jiġ., iċ-Ċittadella). Dan kien imexxi megħjun mill-ġurati tal-Kunsill. Il-gvernatur kien jagħmilha ta’ mħallef (kastellan) ta’ Għawdex. F’kawżi ta’ importanza iżgħar kien hemm il-ġurati u l-kuntistabbli (Ara: KUNESTABLI). Norm. il-gvernatur kien iżomm il-kariga tiegħu għal madwar sena, biss kien hemm bosta li damu aktar minn hekk f’din il-kariga. Fir-rigward tad-difiża tal-gżira, il-gvernatur kien jiddelega lil-Logutenent-kmandant tiegħu biex imexxi r-riġment tal-Infanterija u mad-disgħin muskettier. Il-gvernatur kellu salarju bażiku ta’ 300 skud. Hu kien igawdi wkoll minn taxxi dovuti lilu mill-bdiewa.

KATAPAN     Fi żmien l-Ordni, kif ukoll fi żmien l-Ingliżi, xogħol il-katapan kien li jiġbor is-sisa jew it-taxxa, u li jaċċerta ruħu li l-istrummenti tal-użin tal-bejjiegħa kienu jaqblu fil-kejl ma’ dak stabbilit mill-gvern. Sa żmien ilu,  meta kien ikun hemm xi lment mix-xerrejja, l-uffiċjal ingarigat kien iqabbel il-miżien tal-bejjiegħ ma’ miżien li kien ikun hemm l-għassa tal-pulizija tal-lokalità.  Tal. accattare: M. tiġbor (ħlas dovut).

A aBiex il-Kliem ikun Sew (1)
Afgħas hawn

KUNESTABLI  Dan l-uffiċjal jissemma fid-dokumenti tas-seklu sittax u aktar tard, bħala l-bniedem responsabbli mit-tqassim tal-qamħ fir-raħal u l-madwar. It-titlu ħafna drabi jidher bit-Taljan bħala Contestabile, biss bil-Malti l-kelma ltqajt magħha f’diversi kitbiet hi kunestabli. L-importanza tal-kunestabli naqset hekk kif flokha żdiedet l-awtorità tal-kaptan tal-Milizja. Imbagħad mill-1562 din il-kariga bdiet tkun mogħtija lill-istess uffiċjal għal sena waħda biss. Matul il-pesta tal-1675-76, dan l-uffiċjal kien inkarigat jissorvelja ż-żamma tar-regoli tas-sanità mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa biex irażżnu l-imxija tal-pesta.

MAESTRO SCUDIERE   Ara: GRAN VISKONTI.

PRODOMO     Dan kien l-uffiċjal tal-Ordni li llum jista’ jissejjaħ komptrollur, jiġ., l-uffiċjal li jieħu ħsieb il-finanzi. Il-Gran Mastru kien jaħtar żewġ prodomi fis-sena biex dawn jamministraw it-Teżorerija kif ukoll is-Sagra Infermerija. Tal-ewwel minn dawn kellu setgħat akbar minn tat-tieni. Il-prodomo, għalkemm kien membru tal-Ordni, mhux dejjem kien ikun Kavallier. ‘Fr. prud’ hom – M. bniedem ta’ ċerta kawtela (prudenza) u attenzjoni.

salib tat-tmien ponot56PROTOMEDIKU    (Protomedico / Protomedicus) Fi żmien l-Ordni, dan kien l-ogħla uffiċjal inkarigat mis-sanità fil-gżejjer Maltin. Kien ikun hu li jaċċerta li l-mezzi kollha tas-saħħa jkunu qed jiffunzjonaw b’mod effikaċi u sodisfaċenti. Il-protomediku jissemma f’dokumenti tas-seklu ħmistax bħala l-uffiċjal imqabbad mill-Università tal-Imdina. Il-kwarantina tal-bastimenti li kienu jidħlu fil-portijiet Maltin kienet taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu. Kien ukoll il-protomediku li jieħu ħsieb x’tip ta’ mediċina kienet tidħol minn barra, u li ċerti mediċini, bħal ngħidu aħna l-loppju, ikunu miżmuma b’ċerta sigurtà biex ma jaqgħux f’idejn irresponsabbli. Il-protomediku kien jagħti l-liċenzja lit-tobba, lill-barbiera, lill-kirurgi u lill-ispiżjara, biex dawn ikunu jistgħu joperaw il-professjoni tagħhom. Dan l-istess uffiċjal kellu s-setgħa li jirtira l-liċenzja tagħhom. Kien ukoll il-bniedem responsabbli mill-permessi ta’ ftuħ ta’ spiżeriji ġodda.

Aktar artikli mill-istess awtur  …  https://kliemustorja.com/

SINISKALK    Il-Kavallier tal-Ordni ta’ San Ġwann li kien inkarigat mill-amministrazzjoni militari.

TURKOPILIER     Fl-Ordni t-turkopilier kien l-uffiċjal inkarigat mill-kavallerija. Orig. dan it-titlu kien tal-kmandant Tork li kellu taħtu t-turcoples li kienet kavallerija fl-armata Ottomana. Dawn is-suldati kienu armati bil-lanez u l-vleġeġ. Dan l-appellattiv kien jirreferi fl-istess ħin għar-rikkieba fl-istess armata. It-titlu mogħti lil Balliju tal-Lingwa tal-Ingilterra. Dan it-titlu ittieħed minn turco pole, tip ta’ żiemel ħafif għall-ġiri. Lat. Turcopuli. Tal. soldato (turco) armato alla leggera. Etim: Gr.  turkopulos: M.  it-tifel tat-Tork.

          *          *          *

A *    B *    Ċ *    C *    D *   E *    F *
Ġ *    G *    *    H *    Ħ *    I *    J *    K *
L *    M *     N *     O *     *    Q *    *     S
T *     U *     V *    W *     X *     Ż *    Z *

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s