A * B * Ċ * C * D * E * F *
Ġ * G * GĦ * H * Ħ * I * J * K *
L * M * N * O * P * Q * R * S *
T * U * V * W * X * Ż * Z *
KLIEM MALTI MEĦUD MILL-INGLIŻ
fis-seklu dsatax
Fl-istorja ta’ Malta, ninnutaw diverġenza bejn l-avvenimenti storiċi u politiċi li ġabu bidla fit-tmexxija tal-pajjiż u l-bidla li saret b’mod gradwali fil-ħajja ta’ kuljum tal-poplu. Dan hu fenomenu li nsibuh fl-istorja ta’ kull pajjiż li kien maħkum minn popli oħrajn.
Biex nagħti eżempju, għalkemm naqraw li l-Ingliżi ħadu l-Malta taħt idejhom fl-1800 – u kkolonjalizzawha uffiċjalment fis-sena 1814, il-mod ta’ ħajja tal-Maltin baqa’ l-istess għal ħafna snin wara. Barranin li żaru l-Malta fl-ewwel diċennji tas-seklu tmintax jgħidu li f’Malta ma kiex hawn aktar minn 200 ruħ li kienu jafu jitkellmu bl-Ingliż sew. Ħlief għal dawk li kienu fir-riġimenti Ingliżi u oħrajn li kienu jagħtu xi servizz fil-port, ftit kienu dawk il-Maltin li kienu jafu l-Ingliż mitkellem jew miktub. Nistgħu ngħidu li għal matul is-seklu dsatax kollu bosta nies ta’ ċerta skola, kienu aktar jafu jikkomunikaw mall-barranin bit-Taljan milli bl-Ingliż. Fid-Dizionario – Maltese, Italiano, Inglese ta’ Giovann Battista Falzon li kien ippubblikat fl-1845 – jiġifieri 45 sena wara li l-Ingliżi kienu ilhom f’Malta – insibu li minn ftit eluf ta’ kliem imfissra kien hemm biss żewġ kelmiet bil-Malti ta’ oriġini Ingliża li l-Maltin kienu daħħlu fil-lingwaġġ tagħhom. Dawn kienu kliem li kellhom x’jaqsmu max-xogħol tal-militar, għax sa dak iż-żmien xi ftit mijiet ta’ żgħażagħ Maltin kienu ingaġġati fir-riġimenti, jew bħala suldati jew biex jagħtu servizz ieħor. Il-kliem kienu, ‘ibblakkja’ (minn, to blacken – fis-sens to polish the shoes black) u smaċtu / żmaċtu (minn smitch). L-ewwel waħda għandha x’taqsam mat-tindif taż-żraben tal-uniformi; tal-aħħar jidher li kien laqam dispreġġjattiv li bih l-Ingliżi kienu jgħajru lil Maltin li jnaddfu l-barracks. (Ara t-tifsira kompluta ta’ dawn iż-żewġ kelmiet billi tikklikkja fuqhom).
Dan l-aħħar ġew f’idejja ż-żewġ volumi ta’ Marco Galea, It-Teatru Malti fis-seklu dsatax (ippubblikati, 1997). Dawn sibthom interessanti ħafna għaliex bejntihom hemm miktuba ħmistax-il kummiedja jew dramm bi djalogi għal palk li fihom hemm eluf ta’ kliem li juru kif il-Malti kien mitkellem mill-poplu fis-seklu 19. Fihom irnexxieli nsib biss tmien kelmiet meħuda mill-Ingliż li kienu fil-lingwaġġ tal-popolin.
Imbagħad qallibt id-dizzjunaru Malti-Ingliż ta’ Vincenzo Busuttil li kien ippubblikat fl-1900.Minn 30,000 kelma imfissra sibt daqs għoxrin kelma ta’ oriġini Ingliżap. Dan ifisser li fis-seklu dsatax l-Ingliż kien dieħel b’pass kajman ħafna. Mhux hekk fis-seklu għoxrin. Ara daqsxejn il-kliem misluf mill-Ingliż li ltajqt miegħu.
Kliem Malti misluf mill-Ingliż fiż-żewġ volumi ta’ Marco Galea, It-Teatru Malti fis-Seklu Dsatax.
Jibbokksjah - Vol. 1, p. 120 To box (bħal fi ġlieda boxing) Ponċ - Vol. 1, p. 121 Punch (xarba) Gardinaw Vol. 1, p. 122 Guard in Out (logħba tat-tfal) (Ara t-tifsira billi tikklikkja fuq il-kelma) Desk - Vol. 1, p. 159 Mejda biex tikteb u taqra fuqha Waiter - Vol. 1, p. 171 Xi ħadd li jservi f’riċeviment (kien hemm verżjoni oħra - garżun kelma mill-Franċiż. p. 88. Groom - Vol 1. p. 117, 150 Wieħed li jieħu ħsieb iż-żwiemel u jnaddaf l-istalel. Biljart - Vol. 2 p. 73 Billiard Karì - Vol. 2 p. 131 Curry
Kliem Malti meħud mill-Ingliż fid-dizzjunarju ta' Vinċenzo Busuttil
absinth
alcohol
(i)bblakkja
(i)bbordja
brandy
Kantin (Canteen)
Kanvas (Canvas)
Kajjik (caique) - sloop belong to a galley)
Kaless (caleche Fr?)
Mackintosh (raincoat)
Mil
Milorda
Munitur (It?)
obelisque
overall
(i)ppleġġia
revolver
screw
telegraph (It?)
termoskopju (It?)
termopila (It?)
tirabuxu (Fr?)
Ara wkoll: https://kliemustorja.com/informazzjoni-dwar-pubblikazzjonijiet-ohra-tal-istess-awtur/