KLIEM BLA TLAQLIQ
(Kwotazzjonijiet minn Maltin magħrufa)
Alfred Sant – Prim Ministru ta’ Malta (1996 – 1998).
- ‘Malta Svizzera fil-Mediterran’ – Slogan ta’ A.S. popolari tiegħu fiż-żmien li kien Prim Ministru, wara li ffriża l-applikazzjoni ta’ Malta biex issir membru tal-Unjoni Ewropea. Din il-frażi kienet il-viżjoni tiegħu għal Malta, għax kien jemmen li l-ekonomija kellha tmur tajjeb fuq il-mudell Svizzeru.
- Gabriel Caruana (1928 – 2018) Skultur prominenti. It-tafal għalja hu bħall-pinna tal-poeta.
Eddie Fenech Adami – Prim Ministru ta’ Malta (1987 – 1996; 1998 – 2003)
- ‘Is-sewwa jirbaħ żgur’ Slogan favorit ta’ E.F.A. li kien ta’ spiss jużafil-meetings politiċi tiegħu meta kien għadu fl-oppożizzjoni (1981 – 1987). (sors: A.M. fb*.)
Frenċ Mercieca – Magħruf aktar bħala Frenċ tal-Għarb (1882 – 1967), erbalist u viżjonarju mill-Għarb, Għawdex.
- Min għallem lili ma jmut qatt. Ma tafux min hu? Min ma jmut qatt?Mistoqsija magħmula lil Frenċ Mercieca minn Ġorġ Pisani.
(sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/2018/11/26/frenc-tal-gharb/ ).
Ġorġ Agius (1927 – 2021) Bniedem twajjeb li ddedika ħajtu jxerred it-twemmin Nisrani u jferraħ lin-nies fl-istess ħin, b’mod spiritwali, sew fit-toroq, fuq il-post tax-xogħol kif ukoll fl-isptarijiet li ta’ kuljum kien jiffrekwenta biex jikkonsla lill-morda. Hu kien juża l-versi rrimati ħafna drabi b’mod umoristiku.
- ‘Ferħan u dejjem daħkani – Għandu jkun kull Nisrani. (sors: D.F., fb)
- Kelma ħelwa bħal tofija – Tgħodd għalik u tgħodd għalija’. (sors: Maltese Humour – But Seriously, M. Morana, p. 124.
- ‘Nistgħu nagħmlu ħafna ġid – Jekk ilsienna jkun penit’. (sors: D.F., fb)
- ‘Biex ma tweġġa’ ’l ħadd bi kliem – Indokra lsienek. (sors: D.F., fb).
Joseph Muscat – Prim Ministru ta’ Malta (2013 – 2019)
- ‘Tista’ ma taqbilx magħna iżda tista’ taħdem magħna’ (sors: (W.A. fb)
George Borg Olivier – Prim Ministru ta’ Malta bejn l-1962 u l-1971. Kap tal-Oppożizzjoni 1971 – 1977.
- ‘Ejja magħna!’ – Slogan politiku tal-Partit Nazzjonalista fil-kampanja elettorali, tal-1976 li ġie ripetut kemm-il darba bl-iskop li jindirizza s-setturi kollha tas-soċjetà ħalli jivvutaw għall-partit. Il-partitarji Laburisti kienu ta’ spiss jirridikolaw dan is-slogan tant magħruf.
George Peresso – Preżentatur tar-radju, kittieb kontemporanju tal-proża u poeżiji u drammaturgu.
- ‘Il-verità dejjem titla’ f’wiċċ l-ilma, ħafna drabi b’nifisha maqtugħ!’(sors: C.F., fb).
Dun Ġorġ Preca – (1880 – 1962) Saċerdot twajjeb Malti li wara mewtu ġie kkanonizzat.
- ‘Min għamel lilek tara, ma jarax hu ! – Min għamel lilek tisma’, ma jismax hu!’ (sors: M.U.B, fb).
- ‘Qalbek tajba iva, imma baħnan le!’(sors: G., fb).
- ‘Erba’ numri li jitilgħu żġur, Mewt, Ġudizzju, Infern u Ġenna’. (sors: A.S. fb).
Karmenu Mifsud Bonnici – Prim Ministru ta’ 1984 – 1987
- ‘Jew b’xejn jew xejn!’ Slogan u kwotazzjoni li kien qalha KMB meta kien Ministru tal-Edukazzjoni fi żmien meta l-Partit Laburista kien f’konflitt mal-Kurja ta’ Malta (1983) dwar it-tagħlim b’xejn għal kulħadd fl-iskejjel tal-Knisja. (sors: L-Elf Lewn ta’ Mintoff,ta’ Claire Xuereb Grech, p.p. 72 -73).
Manwel Dimech (1860 – 1921) – Għalliem, politiku u filosofu li kien kien iħeġġeġ lill-Maltin iħaddnu prinċipji, nazzjonalisti u soċjalisti.
- Stenbħu intom, ħaddiema Maltin!’(sors: Lejn Tnissil ta’ Nazzjon, Henry Frendo, 25).
- ‘Poplu aqbeż għalik innifsek!’ (Il-Currier Malti, 9/11/19.(sors: Lejn Tnissil ta’ Nazzjon, Henry Frendo p.30 ).
- “La tkunux bħal missirijietkom … tkunuxfigolli, pasturi, pupi. .. Kunu rġiel!” (“It-Tfal Maltin”, 2l/W/1899). (sors: Lejn Tnissil ta’ Nazzjon Henry Frendo, 32).
Peter Serracino Inglott (1936 – 2012) – Qassis, Rettur tal-Università, u filosofu.
- ’It-tempji megalitiċi Maltin huma post ta’ (sors: intervista ma’ Jürgen Gutowski – ġurnalist tar-radju Ġermaniż DLF.’ (sors: J.G. fb).
- ‘Id-dinja għandna niħduha biċ-ċjat, u xi kultant anki bir-redikolu’ – (sors: fb).
Dom Mintoff – Prim Ministru ta’ Malta ( 1955-1958; 1971 -1982).
- ‘Malta l-ewwel u qabel kollox’– Slogan favorit ta’ Mintoff li kien iħobb jagħlaq bih fil-meetings politiċi tiegħu.
- ‘Meta nispiċċa u nkun mitt,anki ruħi tibqa’ taħdem g]al Malta’ (sors: LZ fb).
- ‘Il-Pike kien jgħid, jekk ix-xita jkollha tibda tagħmel mill-art, kieku jkollna nżommu l-umbrella ‘l isfek għax inkella nxarbu l-linfa’. (sors: Maltese Humour – But Seriously, M. Morana, p. 113).
- ‘Jekk ma jkunx hemmpaċi fil-Mediterran ma jkunx hawn paċi fl-Ewropa’ – Kien qalha Mintoff fil-Konferenza ta’ Sigurtà tal-Ewropa li kienet saret fl-1975, f’Helsinki. (sors: Newsbook, 10 ta’ Lulju, 2015).
- ‘Suldati tal-Azzar’ Terminu maħluq minn Mintoff wara l-elezzjoni tal-1962, meta l-Partit Laburista kien fl-oppożizzjoni u jiffaċċja animożità kbira mill-Knisja Kattolika f’Malta. Dan kien żmien meta attivisti tal-Partit Laburista kienu mhedda bl-interdett mill-Isqof u ma tħallewx jipparteċipaw u jirċievu s-sagramenti. (sors: ‘Mintoff’s quotable quotes’, Victor Camilleri, Times of Malta, 11 May, 2014. Skont Victor Laviera din kienet frażi ppubblikata għall-ewwel darba fil-Ħelsien tas-27 ta’ Frar – mill-editur Nestu Laviera.
https://timesofmalta.com/articles/view/Mintoff-s-quotable-quotes.518500
- ‘L-Ewropa ta’ Kajjin’. Mintoff kien iħobb jagħmel dan il-paragun għall-pajjiżi Ewropej tal-Punent, bħallikieku dawn kienu l-aħwa l-kattivi jew ħżiena ta’ pajjiżi oħra twajba jew vittmi. (sors: ibid).
- ‘Aħleb Ġuż’, kien qalha fl-1976, f’meeting politiku f’Ħal Qormi, b’riferenza għal-linja tal-ajru ġdida l-AirMalta. B’ċertu umoriżmu, Mintoff kien qiegħed iħeġġeġ lill-Ministru tal-Finanzi, Ġużè Abela, biex issa li l-Airmalta kienet twaqqfet u fuq saqajha,Ġ.A. seta’ jibda jaħsad il-frott finanzjarju (sors: ibid. u C.F. fb).
Oliver Friggieri – Wieħed mill-aqwa kittieba u ħassieba Maltin.
- ‘L-umiltà tfisser li inti taf ħafna u taf li dak il-ħafna huwa verament ftit’ – (sors: T., fb).
- ‘Malta għad issir gaffa waħda’(sors:A., fb).
Il-Pike (laqam li bih kien magħruf Costantino Colombos) – Personalità magħrufa u popolari li għexet fis-seklu 20, ġejja minn familja ta’ intraprendituri li kienet tmexxi fabbrika tat-tabakk u s-sigaretti. Kellu sens kbir ta’ umoriżmu. F’xi żmien kien plejer, u dejjem akkanit ferm għall-futbol. In-nies baqgħu isemmgħuh għall-kwotazzjonijiet umoristiċi tiegħu, anke wara mewtu. Darba, meta kien marid serjament, staqsa lit-tabib dwar saħħtu:
- ‘Dott, tgħiddin hi s-suffara tal-half-time jew it-tisfira finali tal-logħba?’ (sors: Maltese Humour – But Seriously, Martin Morana, p. 113).
- ‘Kien ikun aħjar li kieku Alla ħoloq il-qasbatas-sieq fuq wara, flok il-pexxul …b’dan il-mod, meta plejer jaqla’ daqqa ta’ sieq ma jweġġax’. (sors: Maltese Humour – But Seriously, Martin Morana, p. 113).
- Kieku kella x-xita titla’ mill-art flok tinżel mis-sema, kien kien ikollna nżommu l-umbrellawiċċha ’l isfel’. Mintoff kien żied aktar ma’ din il-kwotazzjoni – ara: MIntoff. (sors: Maltese Humour – But Seriously, Martin Morana, p.113).
Tony Zarb – Kap tal-General Workers Union
- ‘Issa daqshekk!’ Il-mexxej tal-General Workers Union kien qalha fi żmien meta n-Nazzjonalisti kienu fil-gvern (1987 – 1996 // 1998 – 2013)u kien qiegħed jara li l-għoli tal-ħajja kien dejjem qed jogħla. Din frażi kienet saret popolari li l-partitarji Nazzjonalisti kienu jużaw biex iwaqqgħu argument għaċ-ċajt.
Rużar Briffa (1906 – 1963) – Wieħed mill-aqwa poeti Maltin.
- ‘U l-kotra qamet f’daqqa – u għajtet: “Jien Maltija! – Miskin min ikasbarni, – miskin min jidħak bija!’
L-ewwel versi minn poeżija li nkitbet b’referenza għal inċident li seħħ eżatt qabel partita tal-futbol li ntlagħbet fl-Istadium, il-Gżira fit-2 ta’ Marzu 1945. Il-logħba kienet bejn Malta u t-tim Jugoslav Hadjuk Split. Qabel bdiet il-logħba, il-banda King’s Own daqqet l-innu nazzjonali Ingliż u l-innu Jugoslav, iżda ma daqqitx l-innu Malti peress li Malta dak iż-żmien kienet għadha kolonja Brittanika. Il-folla qamet bilwieqfa u b’mod patrijottiku kantat l-innu Malti bi sfida għall-protokoll. Dawn il-versi għadhom sal-lum jingħadu meta wieħed irid juri li l-Maltin għandhom jkunu trattati b’rispett. (sors: ‘Ruzar Briffa’, Wikipedia).
Martin Morana
6 ta’ April 2022
* Dawk is-sorsi mmarkati fb u li għandhom inizzjali (eż., E.F., A.L. eċċ.,) huma kollha kwotazzjonijiet mgħoddija lili minn individwi fuq facebook.
Aktar kitbiet u pubblikazzjonijiet mill-istess awtur: https://kliemustorja.com/informazzjoni-dwar-pubblikazzjonijiet-ohra-tal-istess-awtur/
Prosit Martin
LikeLike
Għall-eżattezza, “Suldati tal-Azzar” ma kienx “ħoloqha” Mintoff izda Nestu Laiviera f’editorjal fil-“Il-Ħelsien” li kien l-editur tagħha intitolat “51,000 Suldat tal-Azzar”, fis-27/2/1962.
Ref: Mark Montebello “The Tail that Wagged the Dog”.
LikeLike