KLIEM bla TLAQLIQ

KLIEM  BLA  TLAQLIQ

(Kwotazzjonijiet minn Maltin magħrufa)

 

Alfred Sant  –  Prim Ministru ta’ Malta (1996 – 1998).

  • ‘Malta Svizzera fil-Mediterran’ – Slogan ta’ A.S. popolari tiegħu fiż-żmien li kien Prim Ministru, wara li ffriża l-applikazzjoni ta’ Malta biex issir membru tal-Unjoni Ewropea. Din il-frażi kienet il-viżjoni tiegħu għal Malta, għax kien jemmen li l-ekonomija kellha tmur tajjeb fuq il-mudell Svizzeru.
  • Gabriel Caruana  (1928 – 2018)  Skultur prominenti. It-tafal għalja hu bħall-pinna tal-poeta.

Eddie Fenech Adami  –  Prim Ministru ta’ Malta (1987 – 1996; 1998 – 2003)

  • ‘Is-sewwa jirbaħ żgur’ Slogan favorit ta’ E.F.A. li kien ta’ spiss jużafil-meetings politiċi tiegħu meta kien għadu fl-oppożizzjoni (1981 – 1987). (sors: A.M. fb*.)

Frenċ Mercieca  – Magħruf aktar bħala Frenċ tal-Għarb  (1882 – 1967), erbalist u viżjonarju mill-Għarb, Għawdex.

  • Min għallem lili ma jmut qatt. Ma tafux min hu? Min ma jmut qatt?Mistoqsija magħmula lil Frenċ Mercieca minn Ġorġ Pisani.

(sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com/2018/11/26/frenc-tal-gharb/ ).

Ġorġ Agius   (1927 – 2021)  Bniedem twajjeb li ddedika ħajtu jxerred it-twemmin Nisrani u jferraħ lin-nies fl-istess ħin, b’mod spiritwali, sew fit-toroq, fuq il-post tax-xogħol kif ukoll fl-isptarijiet li ta’ kuljum kien jiffrekwenta biex jikkonsla lill-morda. Hu kien juża l-versi rrimati ħafna drabi b’mod umoristiku.

  • ‘Ferħan u dejjem daħkani   –  Għandu jkun kull Nisrani.  (sors: D.F., fb)
  • Kelma ħelwa bħal tofija   – Tgħodd għalik u tgħodd għalija’.    (sors: Maltese Humour – But Seriously, M. Morana, p. 124.
  • ‘Nistgħu nagħmlu ħafna ġid – Jekk ilsienna jkun penit’.    (sors: D.F., fb)
  • ‘Biex ma tweġġa’ ’l ħadd bi kliem  –  Indokra lsienek.        (sors: D.F., fb).

Joseph Muscat  – Prim Ministru ta’ Malta (2013 – 2019)

  • ‘Tista’ ma taqbilx magħna iżda tista’ taħdem magħna’ (sors: (W.A. fb)

George Borg Olivier  –  Prim Ministru ta’ Malta bejn l-1962 u l-1971. Kap tal-Oppożizzjoni 1971 – 1977.

  • ‘Ejja magħna!’  – Slogan politiku tal-Partit Nazzjonalista fil-kampanja elettorali, tal-1976 li ġie ripetut kemm-il darba bl-iskop li jindirizza s-setturi kollha tas-soċjetà ħalli jivvutaw għall-partit. Il-partitarji Laburisti kienu ta’ spiss jirridikolaw dan is-slogan tant magħruf.

George Peresso  –  Preżentatur tar-radju, kittieb kontemporanju tal-proża u poeżiji u drammaturgu.

  • ‘Il-verità dejjem titla’ f’wiċċ l-ilma, ħafna drabi b’nifisha maqtugħ!’(sors: C.F., fb).

Dun Ġorġ Preca  –  (1880 – 1962)  Saċerdot twajjeb Malti li wara mewtu ġie kkanonizzat.

  • ‘Min għamel lilek tara, ma jarax hu !   –   Min għamel lilek tisma’, ma jismax hu!’  (sors: M.U.B, fb).
  • ‘Qalbek tajba iva, imma baħnan le!’(sors: G., fb).
  • ‘Erba’ numri li jitilgħu żġur, Mewt, Ġudizzju, Infern u Ġenna’. (sors: A.S. fb).

 

Karmenu Mifsud Bonnici  –  Prim Ministru ta’ 1984 – 1987

  • ‘Jew b’xejn jew xejn!’ Slogan u kwotazzjoni li kien qalha KMB meta kien Ministru tal-Edukazzjoni fi żmien meta l-Partit Laburista kien f’konflitt mal-Kurja ta’ Malta (1983) dwar it-tagħlim b’xejn għal kulħadd fl-iskejjel tal-Knisja. (sors: L-Elf Lewn ta’ Mintoff,ta’ Claire Xuereb Grech, p.p. 72 -73).

 

Manwel Dimech  (1860 – 1921) – Għalliem, politiku u filosofu li kien kien iħeġġeġ lill-Maltin iħaddnu prinċipji, nazzjonalisti u soċjalisti.

  • Stenbħu intom, ħaddiema Maltin!’(sors: Lejn Tnissil ta’ Nazzjon, Henry Frendo,  25).
  • ‘Poplu aqbeż għalik innifsek!’ (Il-Currier Malti, 9/11/19.(sors: Lejn Tnissil ta’ Nazzjon, Henry Frendo p.30 ).
  • “La tkunux bħal missirijietkom … tkunuxfigolli, pasturi, pupi. .. Kunu rġiel!” (“It-Tfal Maltin”, 2l/W/1899). (sors: Lejn Tnissil ta’ Nazzjon Henry Frendo,  32).

Peter Serracino Inglott  (1936 – 2012) Qassis, Rettur tal-Università, u filosofu.

  • ’It-tempji megalitiċi Maltin huma post ta’ (sors: intervista ma’ Jürgen Gutowski – ġurnalist tar-radju Ġermaniż DLF.’ (sors: J.G. fb).
  • ‘Id-dinja għandna niħduha biċ-ċjat, u xi kultant anki bir-redikolu’ – (sors: fb).

Dom Mintoff   –  Prim Ministru ta’ Malta ( 1955-1958; 1971 -1982).

  • ‘Malta l-ewwel u qabel kollox’– Slogan favorit ta’ Mintoff li kien iħobb jagħlaq bih fil-meetings politiċi tiegħu.
  • ‘Meta nispiċċa u nkun mitt,anki ruħi tibqa’ taħdem g]al Malta’ (sors: LZ fb).
  • ‘Il-Pike kien jgħid, jekk ix-xita jkollha tibda tagħmel mill-art, kieku jkollna nżommu l-umbrella ‘l isfek għax inkella nxarbu l-linfa’. (sors: Maltese Humour – But Seriously, M. Morana, p. 113).
  • ‘Jekk ma jkunx hemmpaċi fil-Mediterran ma jkunx hawn paċi fl-Ewropa’ – Kien qalha Mintoff fil-Konferenza ta’ Sigurtà tal-Ewropa li kienet saret fl-1975, f’Helsinki. (sors: Newsbook, 10 ta’ Lulju, 2015).
  • ‘Suldati tal-Azzar’ Terminu maħluq minn Mintoff wara l-elezzjoni tal-1962, meta l-Partit Laburista kien fl-oppożizzjoni u jiffaċċja animożità kbira mill-Knisja Kattolika f’Malta. Dan kien żmien meta attivisti tal-Partit Laburista kienu mhedda bl-interdett mill-Isqof u ma tħallewx jipparteċipaw u jirċievu s-sagramenti. (sors: ‘Mintoff’s quotable quotes’, Victor Camilleri, Times of Malta, 11 May, 2014. Skont Victor Laviera din kienet frażi ppubblikata għall-ewwel darba fil-Ħelsien tas-27 ta’ Frar – mill-editur Nestu Laviera.

https://timesofmalta.com/articles/view/Mintoff-s-quotable-quotes.518500

  • ‘L-Ewropa ta’ Kajjin’. Mintoff kien iħobb jagħmel dan il-paragun għall-pajjiżi Ewropej tal-Punent, bħallikieku dawn kienu l-aħwa l-kattivi jew ħżiena ta’ pajjiżi oħra twajba jew vittmi. (sors: ibid).
  • ‘Aħleb Ġuż’, kien qalha fl-1976, f’meeting politiku f’Ħal Qormi, b’riferenza għal-linja tal-ajru ġdida l-AirMalta. B’ċertu umoriżmu, Mintoff kien qiegħed iħeġġeġ lill-Ministru tal-Finanzi, Ġużè Abela, biex issa li l-Airmalta kienet twaqqfet u fuq saqajha,Ġ.A. seta’ jibda jaħsad il-frott finanzjarju (sors: ibid. u C.F. fb).

Oliver Friggieri   Wieħed mill-aqwa kittieba u ħassieba Maltin.

  • ‘L-umiltà tfisser li inti taf ħafna u taf li dak il-ħafna huwa verament ftit’ – (sors: T., fb).
  • ‘Malta għad issir gaffa waħda’(sors:A., fb).

Il-Pike  (laqam li bih kien magħruf Costantino Colombos) – Personalità magħrufa u popolari li għexet fis-seklu 20, ġejja minn familja ta’ intraprendituri li kienet tmexxi fabbrika tat-tabakk u s-sigaretti. Kellu sens kbir ta’ umoriżmu. F’xi żmien kien plejer, u dejjem akkanit ferm għall-futbol. In-nies baqgħu isemmgħuh għall-kwotazzjonijiet umoristiċi tiegħu, anke wara mewtu. Darba, meta kien marid serjament, staqsa lit-tabib dwar saħħtu:

  • ‘Dott, tgħiddin hi s-suffara tal-half-time jew it-tisfira finali tal-logħba?’ (sors: Maltese Humour – But Seriously, Martin Morana, p. 113).
  • ‘Kien ikun aħjar li kieku Alla ħoloq il-qasbatas-sieq fuq wara, flok il-pexxul …b’dan il-mod, meta plejer jaqla’ daqqa ta’ sieq ma jweġġax’. (sors: Maltese Humour – But Seriously, Martin Morana, p. 113).
  • Kieku kella x-xita titla’ mill-art flok tinżel mis-sema, kien kien ikollna nżommu l-umbrellawiċċha ’l isfel’. Mintoff kien żied aktar ma’ din il-kwotazzjoni – ara: MIntoff. (sors: Maltese Humour – But Seriously, Martin Morana, p.113).

Tony Zarb  –  Kap tal-General Workers Union

  • ‘Issa daqshekk!’  Il-mexxej tal-General Workers Union kien qalha fi żmien meta n-Nazzjonalisti kienu fil-gvern (1987 – 1996 // 1998 – 2013)u kien qiegħed jara li l-għoli tal-ħajja kien dejjem qed jogħla. Din frażi kienet saret popolari li l-partitarji Nazzjonalisti kienu jużaw biex iwaqqgħu argument għaċ-ċajt.

Rużar Briffa   (1906 – 1963) – Wieħed mill-aqwa poeti Maltin.

  • ‘U l-kotra qamet f’daqqa – u għajtet: “Jien Maltija!  –   Miskin min ikasbarni, – miskin min jidħak bija!’

L-ewwel versi minn poeżija li nkitbet b’referenza għal inċident li seħħ eżatt qabel partita tal-futbol li ntlagħbet fl-Istadium, il-Gżira fit-2 ta’ Marzu 1945. Il-logħba kienet bejn Malta u t-tim Jugoslav Hadjuk Split. Qabel bdiet il-logħba, il-banda King’s Own daqqet l-innu nazzjonali Ingliż u l-innu Jugoslav, iżda ma daqqitx l-innu Malti peress li Malta dak iż-żmien kienet għadha kolonja Brittanika. Il-folla qamet bilwieqfa u b’mod patrijottiku kantat l-innu Malti bi sfida għall-protokoll. Dawn il-versi għadhom sal-lum jingħadu meta wieħed irid juri li l-Maltin għandhom jkunu trattati b’rispett. (sors: ‘Ruzar Briffa’, Wikipedia).

Martin Morana

6 ta’ April 2022

* Dawk is-sorsi mmarkati fb u li għandhom inizzjali (eż., E.F., A.L. eċċ.,) huma kollha kwotazzjonijiet mgħoddija lili minn individwi fuq facebook.

http://www.kliemustorja.com

Aktar kitbiet u pubblikazzjonijiet mill-istess awtur: https://kliemustorja.com/informazzjoni-dwar-pubblikazzjonijiet-ohra-tal-istess-awtur/

2 Comments

  1. Għall-eżattezza, “Suldati tal-Azzar” ma kienx “ħoloqha” Mintoff izda Nestu Laiviera f’editorjal fil-“Il-Ħelsien” li kien l-editur tagħha intitolat “51,000 Suldat tal-Azzar”, fis-27/2/1962.

    Ref: Mark Montebello “The Tail that Wagged the Dog”.

    Like

Leave a Reply to Victor Laiviera Cancel reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s